Livell t’Għixien Aħjar għall-Anzjani - Kummenti u Suġġerimenti

 

L-ewwel sessjoni tal-Kungress Futur li Jgħaqqadna, li organizza l-Partit Laburista f’Ta’ Qali  kienet, dik iddedikata lill-Anzjanita’ bit-tema: Livell ta’ Għixien Aħjar għall-Anzjani. Mijiet ta’ anzjani u oħrajn ħonqu t-tinda fejn saret din id-diskussjoni.

Diskors: Dr Toni Abela

Diskors ta’ Toni Abela, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Fi tmiem id-diskussjoni “Livell t’Għixien aħjar għall-Anżjani.”

 Din hija l-ewwel laqgħa ta’ kungress politiku f’Malta u fl-opinjoni tiegħi l-attendenza hija waħda tajba ħafna

 Wieħed mill-fundaturi tal-Kostituzzjoni Amerikana,Thomas Jefferson kien qal: “X’inhu l-iskop ta’ kull soċjeta’ , x’inhu l-iskop ta’ kull Gvern politiku?  Wiehed: il-kisba tas-serenita’ u tal-ferħ”.  Dak li l-bniedem jagħżel li jidħak mhux jibki u jifraħ mhux jitbikkem, li igħix tajjeb u mhux fil-faqar.

Livell ta' Għixien Aħjar għall-Anzjani

Livell ta’ Għixien Aħjar għall-Anzjani

 

John Cassar White

 

Fis-soċjeta tagħna hemm it-tendenza li meta persuna tirtira mix-xogħol din tisparixxi minn fuq ir-radar soċjali tal-pajjiz. Tippersisti wisq il-mentalita li jekk m’ għadekx tipproduċi, m’intix aktar utli.