• Malta Tagħna Lkoll
  • Veterani
  • image
  • Għ.V.L
  • Statut
Previous Next

24,000 anzjan jirċievu ċekk ta’ €300

 

Għall-ewwel darba f’25 sena, il-Gvern ta żieda sostanzjali lil 24,000 anzjani u romol.

 

Fi stqarrija l-Gvern qal li l-qlajjiet li għamlet l-Oppożizzjoni fil-Parlament kienu kompletament bla bażi hekk kif l-anzjani rċivew ċekk ta’ €300 u mhux maqsum matul is-sena.

“Li ma qalitx l-Oppożizzjoni hu illi li kien għalihom dawn l-anzjani kollha qatt ma kienu se jieħdu ċenteżmu żieda.”

Il-Gvern intitola għal pensjoni lil dawk l-anzjani li ma ħallsux biżżejjjed kontribuzzjonijiet li tintitolahom għal pensjoni, u qed jinħarġilom bonus sa mitejn ewro.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-Gvern, għall-ewwel darba, naqqas jew saħansitra neħħa t-taxxa, lil dawk l-anzjani li d-dħul tagħhom qabel kien taxxabbli.

“Saret prassi għall-Oppożizzjoni li jwieġeb għas-suċċessi ta’ dan il-Gvern billi tgħid li kollox hu ‘grazzi’ għaliha. L-istess kif sar fir-roħs tal-kontijiet tal-enerġija u meta l-Gozo Channel din is-sena għamlet profitt flok telf.”

Il-Gvern qal li l-Oppożizzjoni ma ddejqet xejn meta kienet fil-Gvern, biż-żidiet tal-kontijiet tal-enerġija, bit-taxxa fuq il-paga minima u bil-problemi tal-mediċini out of stock.

“Issa li ġew indirizzati dawn il-problemi, u li ddaħħlet l-ewwel żieda fil-pensjonijiet wara 25 sena, l-Oppożizzjoni għandha ssaqsi lill-anzjani jekk hux qed imorru għall-agħar jew inkella għall-aħjar.”