• Malta Tagħna Lkoll
  • Veterani
  • image
  • Għ.V.L
  • Statut
Previous Next

Intraprendituri 50 +

L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi ppartecipat f'dibattitu ta' livell għoli fejn ġiet imnedija l-ħolqien ta' pjattaforma Ewropea msejħa 50plus Entrepreneurship. Il-pjattaforma ta' 50+EPE hija inizjattiva organizzata minn grupp ta' organizzazzjonijiet bl-istess ideat, kumpaniji, NGOs u akkademiċi li ngħaqqdu flimkien biex jiġi zgurat li l-potenzjal tal-intraprendituri 50 + tiġi rikonoxxuta b'mod sħiħ u sostnuta mill-policy makers Ewropew.


Marlene Mizzi, li ġiet introdotta ghall-udjenza bħala "protagonista ewlenija u kelliema attiva għal promozzjoni tal-inizjattivi tal-intraprenditorija fil-Parlament Ewropew", tkelmet dwar l-importanza li tingħata opportunita aħjar għall-anzjani li jixtiequ jsiru jew li jixtiequ jibqgħu ekonomikament attivi fi stadju aktar tard fil-ħajja tagħhom.
Hija ħeġġet lill-Istati Membri u l-UE biex ma jissottovalutax l-potenzjal tal-persuni anzjani, li jippossjedu l-esperjenza, l-għarfien u l-ħiliet, iżda li wkoll qed ibgħatu minn long term unemployment, nuqqas ta' esperjenza fuq IT u ħiliet ohra relatati ma' mismatch u age-discrimination fi żmien ta' trasformazzjoni kbira tas-suq tax-xogħol u l-istaġnar ekonomiku.
Mizzi stiednet lill-Kummissjoni biex tiżviluppa programmi preċizi li jappoġġjaw finanzjarjament imprendituri anzjani u programmi li jipprovdu aċċess faċli għal finanzjament, u jkun anke inkluż l-estenzjoni tar-rati ta' interess baxxi attwali u l- programmi ta' mikro-finanzjament li huma attwalment disponibbli għall-imprendituri zgħazagħ. "Hafna drabi l-banek huma ħerqana biex jipprovu self u finanzjament lill-anzjani specjalment jekk dawn ma jkollhom l-ebda esperjenza bħala intraprendituri. B'dan il-mod ideat brillanti jintilfu tant qabel ma jkollhom iċ-ċans li jsiru realtà." qalet l-MEP Mizzi
"Hekk kif sal-2020 aktar minn terz tal-popolazzjoni li taħdem se jkollhom aktar minn 50, huwa kruċjalment importanti li naħtfu l-momentum u nutilizzaw il-potenzjal soċjo-ekonomiku ta 'dan il-grupp demografiku, li sejjer jipprovdi longstanding benefits għal ekonomija Ewropea u jgħin lill-Istati Membri biex jirrispondu għall-isfidi soċjali li qed naffaċjaw quddiemna bħala riżultat ta' sfidi demografiċi u workplace challenges"qalet l-Ewroparlamentari Mizzi.