Bagit Li Haseb Ukoll Fl-Anzjani


Il-hidma fuq il-Pensjoni Minima Nazzjonali Garantita se tissokta mill-1 ta' Jannar li gej, meta tnax-il elf anzjan se jgawdu minn zieda fil-pensjoni ghall-ewwel darba f'ghoxrin sena. Ghas-sena d-diehla, l-anqas pagament ta' pensjoni kontributorja u bonus ghal min ghandu hlas sufficjenti se jkun ta' €7,280 fis-sena jew €140 fil-gimgha. Hlas prorata jinghata ghal min ghandu hlas insufficcjenti ta' bolol.

 

Iz-zieda fil-pensjoni ghal dawk li se jibbenefikaw minnha tkun ta' medja ta' €8.92 fil-gimgha ghal dawk minn 75 sena 'l fuq, u ta' €8 ghal dawk taht il-75 sena.
Ghal dawk il-mizzewgin li bhalissa qed jircievu l-pensjoni minima tal-mizzewgin u ma jigux affettwati mill-mizura ta' hawn fuq se tinghata wkoll zieda wara l-hlas tal-COLA li flimkien tammonta ghal €4.15 fil-gimgha. li tinkludi wkoll il-COLA ghas-sena 2016 (€2.40 + €1.75).


Bidu tar-riforma fil-pensjonijiet

Intant, waqt konferenza tal-ahbarijiet din il-gimgha stess, il-Ministru ghall-Familja u Solidarjetà Socjali Michael Farrugia habbar kif bdew l-ewwel passi lejn riforma sostenibbli fil-pensjonijiet.

Il-Ministru Farrugia qal li giet imwarrba r-rabta bejn il-pensjoni tar-romol u l-qligh mix-xoghol biex b'hekk ir-romol ikunu jistghu jibbenefikaw minn pensjoni shiha tar-romol filwaqt li dawk il-pensjonanti li l-pensjoni taghhom ma taqbizx l-ammont tal-paga minima se jkunu ezentati mill-hlas tat-taxxa.

Semma wkoll li ddahhal qafas regolatorju b'incentivi fiskali ghat-Third Pillar Pension u spjega kif il-grupp strategiku li hadem fuq ir-riforma tal-pensjonijiet fassal numru ta' rakkommandazzjonijiet li l-Gvern ra liema minnhom huma ta' prijorità u beda jwettaqhom.

Mhux se toghla l-età tal-irtirar

Fost dawn il-Ministru Farrugia semma li mhux se toghla l-età tal-irtirar, mhux se tizdied il-bolla u lanqas se tkun introdotta bolla gdida. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp iwasslu sal-2027 biex din il-pensjoni minima nazzjonali tilhaq is-60% tad-dhul medju f'pajjizna. Il-Ministru Farrugia qal li dan huwa l-ewwel pass fejn sal-lum il-pensjonanti u dawk li ser jirtiraw u li twieldu qabel l-1962 ma kienu se jiehdu xejn izda mis-sena d-diehla wara 20 sena se jkun hemm titjib fil-pensjoni ta' dawn l-individwi.

 

Se jibdew jitqassmu l-medicini fid-dar ghall-anzjani

Fl-ewwel kwart tas-sena d-diehla, se jibda jitwettaq progett pilota f'Rahal Gdid u r-Rabat, fejn l-anzjani minn 70 sena 'l fuq se jibdew jircievu l-medicini fi djarhom kif kien imwieghed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Is-servizz se jigi estiz ghal lokalitajiet ohra wara erba' xhur. It-tqassim tal-medicini se jigi kkordinat mill-ispizeriji. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li madwar 40,000 anzjan se jkunu eligibbli ghal dan is-servizz, li mhux obbligatorju.

L-ispizjara se jkunu qed jinfurmaw lill-pazjenti dwar id-dozi li ghandhom jiehdu. Bil-ftehim li gie ffirmat illum, l-iskema tal-Ispizjar tal-Ghazla Tieghek giet estiza wkoll sas-sena 2019. Il-ftehim ghandu jwassal biex l-iskema titmexxa ahjar u l-ispizjara jkollhom kontroll akbar fuq l-istokk.

 

Djar tal-anzjani f'Birkirkara

Il-Gvern se johrog talba ghal proposti biex tinbena dar tal-anzjani f'Birkirkara. Dan il-progett se jkun iffinanzjat fuq bazi ta' Public Private Partnership. Kif ikun lest dan il-progett hemm hsieb li xi ufficcji tad-Dipartiment tas-Sahha jibdew joperaw minnu.


L-ghotja lill-anzjani ta' iktar minn 75 sena

L-anzjani li jkollhom minn 75 sena 'l fuq se jibqghu jircievu l-ghotja ta' €300 fis-sena.

 

Aktar sodod ghall-anzjoni fl-Isptar Mater Dei

Il-blokka l-gdida f'Mater Dei se jkollha 68 sodda gdida u din dalwaqt se tibda tintuza. Dan huwa importanti izda mhux bizzejjed. Ghaldaqstant, il-Gvern kommess li jniedi progett gdid biex jinbnew aktar sulari u din il-blokka toffri 300 sodda. Il-pjanijiet qeghdin fi stat avvanzat.

Fl-2016 se jkomplu jiddahhlu sistemi godda ta' bed management fl-Isptar Mater Dei biex jintuza bl-aktar mod efficjenti l-ispazju li f'dan l-isptar. Apparti minn hekk fl-Isptar San Luqa se jigi zviluppat Karen Grech fi sptar ta' 320 sodda ghall-anzjani. Se jigi zviluppat ukoll sptar gdid ghar-riabilitazzjoni li joffri facilitajiet li ma jezistux f'Malta bhalissa.

Tmenin sodda ghar-riabilitazzjoni se jkunu ddedikati ghall-Gvern. Se jigi zviluppat ukoll centru gdid tad-dermatologija bi tnax-il sodda inpatient. Barra dan kollu se jkun qed jinholoq ukoll sptar ghat-turisti medici fis-sit ta' San Luqa. Dan il-progett mistenni johloq 1000 impjieg gdid. Fiz-zmien li gej se jkun hemm aktar konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha fuq dawn l-izviluppi tant importanti.

 

Il-Pensjoni tal-Wens

Iz-zewg skemi li hemm prezenti, jigifieri il-Pensjoni tal-Wens (Carers Pension) u l-Ghajnuna Socjali ghal Carers (Social Assistance for Carers), se jigu riveduti u amalgamati f'qafas wiehed.
L-eligibbiltà tal-iskema l-gdida wkoll se tigi riveduta u miftuha izjed halli iktar nies li jiehdu hsieb anzjani d-dar ikunu jistghu jibbenifikaw minn din ir-revizjoni u b'hekk aktar anzjani jibqghu jghixu fi djarhom.

 

Fond pilota ghal live-in carers

Se jitwaqqaf fond pilota ta' miljun ewro li minnu familji li ghandhom anzjan/anzjana dipendenti u li hemm bzonn ta' kura kostanti, se jkun qed jinghatalhom sussidju meta dawn jimpjegaw carer kwalifikat, fuq bazi full-time jew part-time.
Dawn se jkunu jistghu jiehdu sussidju sa nofs il-paga minima nazzjonali. Min jingagga lil xi hadd part-time, jibbenefika prorata. Mill-fond allokat huwa stmat li madwar 160 anzjan se jinghatalhom dan it-tip ta' ghajnuna.

 

Gestjoni ta' bajjiet u accessibbiltà

Mis-sena d-diehla l-Awtorità Maltija ghat-Turizmu ser tkun qed testendi l-mandat ta' gestjoni f'iktar bajjiet u testendi l-istagun ta' mmaniggar tal-bajjiet Blue Flag b'xahar - mill-1 ta' Gunju sat-30 ta' Settembru. Is-servizzi ta' sigurtà fuq Kemmuna ser jibdew ukoll minn qabel - fil-15 ta' Mejju. L-Awtorità Maltija ghat-Turizmu qieghda thares ukoll lejn titjib fl-access u facilitajiet ghal persuni b'dizabbiltà u l-anzjani f'ghadd ta' bajjiet.


Djar ghall-anzjani f'Ghawdex

Din is-sena beda l-iskavar tal-post u fl-2016 tibda l-kostruzzjoni tad-dar. Il-post huwa mahsub li jakkomoda wkoll koppji tant li se jipprovdi 70 kamra li takkomoda 140 anzjan. Dan apparti estensjoni specjali ghal dawk li jsofru mid-dimenzja.

 

Kullħadd: 18.10.2015