Diskors Profs Zammit
- Details
- Mahluqa is-Sibt, 22 Dicembru 2012 14:14
Diskors tal-Profs Anthony Zammit, Kelliem Ewlieni dwar Solidarjeta Ġenerazzjonali u Bio-Ethics.
Jien dalgħodu tgħallimt ħafna. Tgħallimt fis-sens illi, tafu kif l-anzjani dejjem huma viċin qalbi. Jien nista’ ngħid li ta’ 9 snin kont ngħati każ ta’ żewġ anzjani u b’hekk naħseb ksibt din l-attitudni lejn il-pazjenti tiegħi li għaliha daqshekk magħruf.
Tgħallimt ħafna, pero naħseb li għandi żewġ punti li nixtieq nitkellem dwarhom.
Hemm bżonn li l-anzjan ibiddel dik l-attitudni li kellu fil-passat. L-idea kienet li meta wieħed isir anzjan, jispiċċa...ma jibqax importanti għas-soċjeta’. Hemm bżonn nerġgħu nqumu ftit, inbiddlu l-attitudni tagħna. Nindunaw li aħna parti mportantissima mis-soċjeta’, aktar u aktar meta nafu li ‘l quddiem 25% tal-popolazzjoni Maltija se tkun anzjana. Hemm bżonn indaħħlu l-pride tagħna... illi aħna anzjani, pero nkunu aktar qrib iż-żgħażagħ, u nħallu ż-żgħażagħ ikunu aktar qrib tagħna. Għax dik hija s-solidarjeta’ bejn il-ġenerazzjonijiet. Kull parti mis-soċjeta’ għandha l-aspett importanti tagħha li tgħati, li taqsam ma ħaddieħor u kull parti mis-soċjeta’ għandha titgħallem il-partijiet l-oħra tas-soċjeta’.
Diskors tal-President ta' l-Għaqda
- Details
- Mahluqa l-Erbgha, 19 Dicembru 2012 10:55
Diskors tal-President – Anthony DeGiovanni
Din hija t-tieni darba li jiena qed nindirrizza l-Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda bħala president u rrid ngħid li kemm ilhi naħdem f’għaqdiet u strutturi fil-Partit u anki strutturi oħrajn, l-aktar li ħassejtni sodisfatt li naħdem fiha hija f’din l-organizazzjoni.